L-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu tarresta raġel ta' 48 sena

Ir-raġel kien imfittex mill-Ungerija permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew

Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu, arrestat Sirjan ta’ 48 sena u li kien imfittex mill-Ungerija permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew.

Skont il-Mandat, l-istess persuna qed tkun imfittxija wkoll fuq traffikar ta’ persuni kif ukoll li għen biex isiru permessi ta’ dħul u residenza llegali.

Ir-raġel se jitressaq il-Qorti llum.

More in Qrati u Pulizija