Lejl f'Paceville jiswih €1,000

Spiċċa hedded pulizija li qabditu jpejjep fi stabbiliment u minn hemm sab ruħu arrestat

Żagħżugħ weħel multa ta' €1,050 wara li siker u hedded u rreżista pulizija li qabditu jpejjeġ fi stabbiliment.

Iż-żagħżugħ li għandu 27 sena u li huma mill-Maċedonja, kien akkużat li hedded lill-pulizija waqt li kienet qed taqdi dmirijietha, li ma obdix l-ordnijiet tagħha u li attakkaha.

Kien akkużat li pejjep f'post fejn it-tipjip huwa pprojbit.

Huwa wieġeb mill-ewwel ħati.

More in Qrati u Pulizija