Raġel ordnat iħallas €1,800 wara li kien qed isuq taħt l-influwenza tal-alkoħol

Dan sar wara li r-raġel kien inħeles mill-każ minħabba żball fid-dokumentazzjoni fin-numru tal-identità tiegħu

Dalgħodu, Qorti tal-Appell irrevokat il-liċenzja ta' raġel għal sitt xhur u ordnatu jħallas €1,800. Dan kuntrarjament għall-ewwel deċiżjoni tal-Qorti si sabitu mhux ħati minħabba żball fid-dokumentazzjoni tal-Pulizija.

F'affidavit li ħareġ il-pulizija li ressaq il-każ, in-numru tal-karta tal-identità tal-akkużat kien nieqes numru.

Minħabba dan, ir-raġel qal li l-provi li l-Qorti ġabet kontrih kienet ħażina, minħabba l-fatt li n-numru tal-karta tal-identità ma kienx jaqbel ma tiegħu. Dan wassal biex il-Qorti ħelsitu.

Dan il-każ imur lura għal Diċembru tal-2018, meta pulizija f'Paceville innutaw li l-BMW tal-akkużat kellha il-pjanċa ta' reġistrazzjoni mpoġġja fuq id-dashboard. Għalekk, il-pulizija kellmu l-akkużat u spjegawlu li kellu jqiegħed il-pjanċa ta' reġistrazzjoni fil-quddiem tal-karozza.

Meta l-pulizija kellmu r-raġel biex jitfi l-magna tal-karozza, hu qal li ma kienx jaf fejn kienu ċ-ċwievet jew fejn kienu l-liċenzja jew il-karta tal-identità tiegħu. Madankollu, wara li l-pulizija użaw sistemà tal-identifikazzjoni, ir-raġel ikkonferma l-identità tiegħu.

Il-Qorti tal-Appell qalet li in-numru tal-karta tal-identità kienet imniżżla korretta f'kull każ, inkluż fil-karta li kien imsejjaħ biha mill-Qorti. Skonthom, l-unika post fejn in-numru kien imniżżel ħażin kien fid-dikjarazzjoni li ngħatat lill-Qorti mill-Pulizija.

Il-Qorti kkonkludiet li l-problema kienet biss żball żgħir u li fil-karti l-oħrajn, in-numru tal-identità tar-raġel kien korrett.

More in Qrati u Pulizija