Il-Maġistrat Lia tiddeċiedi li ma tismax hi l-inkjesta dwar l-impjieg fantażma ta' Melvin Theuma

Lia saħqet li ħadet din id-deċiżjoni biex tassigura li l-ġustizzja “tidher li qed issir”

Il-Maġistrat Nadie Lia għażlet li ma tismax hi l-inkjesta dwar l-impjieg ‘fantażma’ li ngħata lil Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Lia saħqet li ħadet din id-deċiżjoni biex tassigura li l-ġustizzja “tidher li qed issir.”

Nadina Lia hija l-mara tat-tifel ta' Pawlu Lia, l-Avukat tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Ir-rikuża ntlabet minn Anthony Muscat u t-talba kienet iffirmata mill-Avukati John Gauci, Ruth Ellul u Julian Farrugia.

Muscat huwa l-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija li mpjegat lil Theuma. 

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Maġistrat ikkwotat każi oħra lokali, barranin u anke mill-Qrati tal-Unjoni Ewropea u li kollha jistabbilixxu li meta jkun hemm raġuni leġittima li titfa’ dubju fuq l-imparzjalità, l-Imħallef jew il-Maġistrat għandu jirrikuża lilu nnifsu.

More in Qrati u Pulizija