Żewġ nisa jispiċċaw fl-inkwiet wara li attakkaw pulizija f'Paceville

Huma bdew joħolqu għagħa u storbju f'bar popolari f'Paceville meta ġew arrestati

Żewġ nisa arrestati
Żewġ nisa arrestati

Żewġ nisa mill-Ukrajna, li t-tnejn jgħixu Ta' Xbiex, ingħataw il-libertà kkundizzjonata wara illi aċċettaw il-ħtija illi waqt ġlieda f'Paceville attakkaw pulizija. 

Huma kienu mressqin quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella dalgħodu u akkużati illi rreżistew b'mod vjolenti lill-uffiċjal tal-pulizija, li insultawha u heddewha. Huma kienu akkużati wkoll illi kisru l-paċi pubblika u li m'obdewx l-ordnijiet tal-pulizija. 

L-ispettur Leeroy Balzan Engerer spjega kif in-nisa kienu qed joħolqu għagħa fil-bar Footloose nhar is-7 ta' Novembru. Waqt l-arrest in-nisa rreżistew u taw daqqa ta' sieq lill-pulizija f'żaqqha. Huma kienu fis-sakra. 

Wara li ħadet f'kunsiderazzjoni l-fatt li ammettew il-ħtija, il-kondotta nadifa tagħhom u l-apoloġija, il-Qorti tagħthom sentenza ta' tliet snin b'libertà kkundizzjonata. 

More in Qrati u Pulizija