Multa u probation għall-infermier li nstab ħati li poġġa kamera fit-toilets tan-nisa f'Mater Dei

Multa u probation għal ħaddiem ta' Mater Dei li poġġa kamera f'toilet tan-nisa fl-isptar

Infermier li kien akkużat illi poġġa kamera fit-toilet tan-nisa ħaddiema f'Mater Dei, ingħata multa ta' €5,500 u ordni ta' probation għal tliet snin. Huwa tpoġġa taħt osservazzjoni psikoloġika għal tliet snin ukoll. 

Kamera moħbija nstabet fit-toilet tan-nisa f'Mater Dei hekk kif id-Dipartiment tal-Emerġenza kien qed jitnaddaf. Dakinhar il-pulizija kienu spjegaw kif din il-kamera nstabet moħbija wara landa taż-żibel ma' power bank bil-għan li l-batterija ddum aktar biex taqa'. Meta nstabu l-kamera u l-power bank it-tnejn li huma kienu bla batterija.  

L-akkużat għandu 28 sena. 

More in Qrati u Pulizija