Jinżammu arrestati fuq akkużi li ħarbu miċ-ċentru ta' detenzjoni f'Ħal Far

Tmien immigranti se jibqgħu jinżammu arrestati wara li allegatament ħarbu miċ-ċentru ta' detenzjoni f'Ħal Far.

Tmien immigranti se jibqgħu jinżammu arrestati wara li allegatament ħarbu miċ-ċentru ta' detenzjoni f'Ħal Far.

L-irġiel ħamsa minnhom mill-Alġerija u l-oħrajn mill-Marokk, il-Libja u l-Eġittu rispettivament kienu ġew arrestati l-ġimgħa l-oħra għall-ħabta tal-4:30 pm.

L-immigranti wieġbu mhux ħati għall-akkuża miġjuba kontrihom.

​Fil-Qorti l-Ispettur appella sabiex fl-eventwalità li l-akkużati jinstabu ħatja jingħataw piena xierqa. "Irridu nibgħatu messaġġ li aħna serji," sostna l-Ispettur fil-Qorti.

L-avukat Fransina Abela dehret għall-akkużati.

More in Qrati u Pulizija