Akkużat li ta fastidju sesswali u anke hedded tfajla ta' 22 sena

Ir-raġel ta’ 40 sena tressaq illum quddiem il-Qorti ta’ Għawdex

Raġel ta’ 40 sena mir-Rabat tressaq quddiem il-Qorti ta’ Għawdex akkużat li ta fastidju u hedded tfajla ta’ 22 sena.

L-akkużat ġie arrestat fid-9 ta’ Settembru wara li kien ilu diversi jiem u ġimgħat isegwi passi ta’ tfajla ta’ 22 sena tant li kkaġunalha biża’ li tintuża l-vjolenza fuqha u li anke heddidha permezz ta’ telefonati fuq il-mowbajl tagħha.

Huwa kien akkużat ukoll talli fit-30 ta’ Awwissu 2019, ġewwa ħanut fi Triq ir- Repubblika, ir-Rabat, Għawdex, seraqmowbajlgħad-dannu tal-istess mara u kif ukoll talli tagħha fastidju sesswali.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet tal-Qorti. 

Il-Qorti ħarġet ukoll Ordni ta’ Protezzjoni favur il- mara ta’ 22 sena. 

More in Qrati u Pulizija