Jinqabad irembel joint waqt li sieħbu mar jiffirma fl-għassa

Żagħżugħ jinqabad irembel joint f'karozza ... il-Pulizija jsibu kokaina, mus u flus fil-karozza

Żagħżugħ ta' 19-il minn Ħaż Żabbar kien immultat €800 mill-Maġistrat Josette Demicoli wara illi nstab ħati ta' pussess ta' kannabis  u kokaina. Ir-raġel kien arrestat f'Novembru. 

Hu ma nstabx ħati illi kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti mill-Qorti tal-Maġistrati. 

Il-Maġistrat semgħet kif nhar l-4 ta' Novembru l-Ispettur Lydon Zammit u uffiċjal ieħor kienu qed jistennew raġel partikolari jiġi u jiffirma fl-għassa. Meta dan wasal u daħal fl-għassa, l-Ispettur mar jiċċekkja l-karozza ta' dan ir-raġel u sab lill-akkużat irembel sigarett fuq is-seat ta' quddiem tal-karozza.  

L-Ispettur talbu joħroġ mill-karozza u l-akkużat mill-ewwel qallu illi s-sigarett li kien qed irembel kien tiegħu. 

F'basket żgħir li kellu fil-karozza instabet id-droga, flimkien ma' żewġ mowbajls, flus kontanti, mus u affarijiet oħrajn. Kien stabbilit li kien hemm 0.17 gramma kokaina ta' purità ta' 15%, maqsuma f'żewġ pakketti. Ir-raġel, fil-pussess tiegħu, kellu wkoll l-kannabis fis-sigarett li kien qed ipejjep. 

Il-Qorti qalet illi kien hemm dubji dwar jekk id-drogi kinitx tiegħu. 

Il-Qorti rrimarkat illi l-akkużat għadu ma fehemx li hemm bżonn jagħmel l-almu tiegħu biex jirbaħ il-vizzju tad-droga.

Wara li kkunsuidrat in-natura tal-att kriminali, r-rekord taż-żagħżugħ u r-Rapport tal-Uffiċjal tal-Probation, il-Maġistrat immultat lill-akkużat €800 u ordnat il-qerda tad-drogi. Il-Qorti ma laqgħetx it-talba tal-Prosekuzzjoni biex ikunu kkonfiskati €2,000 f'bond u biex ikun ordnat l-arrest mill-ġdid tiegħu. 

More in Qrati u Pulizija