20 xahar ħabs għal mara li kienet titraffika d-droga f'Tas-Sliema

Il-mara kienet ġiet arrestata wara rejd mill-Pulizija fid-dar tagħha f'Tas Sliema

Mara ta' 53 sena minn Tas-Sliema ngħatat sentenza ta'  20 xahar ħabs wara li ammettiet li traffikat id-droga kokaina, eroina u kannabis.

Il-mara kienet ġiet arrestata nhar il-25 ta' Ġunju wara rejd mill-Pulizija fid-dar tagħha fi Triq Amery f'Tas Sliema.

Hi ġiet mixlija wkoll b'pussess ta' droga u li kienet reċidiva.

Il-mara wieġbet ħatja għal akkużi miġjuba kontriha bil-Qorti tikkundanna 20 xahar ħabs flimkien ma' multa ta' €800.

More in Qrati u Pulizija