Jammetti li daħal jisraq minn dar fl-Imtarfa minħabba d-droga

Il-Qorti tordna lir-raġel biex ifittex il-kura biex jegħleb il-vizzju

Raġel li għandu l-vizzju tad-droga, ammetta quddiem il-Maġistrat li daħal dar fl-Imtarfa biex jisraq l-għodda.

L-Ispettur Robert Vella, ressaq il-qorti lir-raġel u akkużah b’serq aggravat.

L-Avukat tad-Difiża talbet li titkellem fil-privat mal-Maġistrat u wara, ir-raġel ta’ 47 sena li jgħix ir-Rabat, ammetta l-akkużi.

Huwa ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Ir-raġel ġie ordnat ifittex il-kura biex jegħleb il-vizzju tad-droga.

More in Qrati u Pulizija