It-traċċi tad-demm fix-xena tad-delitt qablu mad-demm ta' Shannon Mak

Il-pulizija sabu traċċi ta' demm fid-daħla, mal-art ħdejn il-mejda u l-fridge, bejn il-landa taż-żibel u s-sink kif ukoll fuq kutra 

Shannon Mak
Shannon Mak

Traċċi tad-demm instabu fil-garaxx ta' Jelle Rijpma, liema traċċi jaqblu mad-demm tal-allegata vittma Shannon Mak. 

Dan irriżulta minn xhieda li ta espert mqabbad mill-Qorti hekk kif għaddejja l-kumpilazzjoni kontra l-akkużat Rijpma ta' 23 sena , li kien jaħdem Malta fil-qasam tal-igaming u li qed ikun akkużat bil-qtil ta' Shannon. 

Mak kienet instabet imħanxra fi Triq il-Mastrudaxxi, Santa Venera f'Awwissu 2018.

Kampjuni tad-demm mix-xena tad-delitt kienu analizzati mill-espert hekk kif  diversi traċċi tad-demm instabu fil-garaxx fejn Rijpma kien arrestat waqt li kien qed jara it-TV. Il-pulizija sabu traċċi ta' demm fid-daħla, mal-art ħdejn il-mejda u l-fridge, bejn il-landa taż-żibel u s-sink kif ukoll fuq kutra. Kienet rikoverata sikkina ftit 'l fuq mill-post fejn sar id-delitt. 

L-espert qal, għall-mistoqsijiet tal-Avukat Stefano Filletti li qed jidher parte civile, illi minkejja li t-tbajja' tad-demm ma kinux kollha jidhru l-akkużat ma mesaħhomx.

L-Ispetturi Kurt Zahra u Robert Vella qed imexxu l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukata Leontine Calleja qed tidher għall-akkużat. 

Il-każ ikompli.

More in Qrati u Pulizija