"M'hemm l-ebda bażi legali sabiex jinżamm taħt arrest Vince Muscat," argumenta l-avukat il-ġdid tiegħu Arthur Azzopardi.
Dalgħodu fil-Qorti, Azzopardi li se jkun qiegħed jiddefendi lil Muscat li hu wieħed mis-suspettati fl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia issottometta t-tieni applikazzjoni għall-ħelsin mill-arrest tas-suspettat.
Azzopardi se jkun qed jieħu post l-avukat Martin Fenech, li kien qed jiddefendi lis-suspettat minn Diċembru tal-2017.
L-avukat argumenta li Muscat qatt ma issemma' mix-xhieda. "Qalulna li kien qiegħed għassa mill-bogħod. M'huwiex normali li tqabbad persuna nofsa għamja biex toqgħodlok għassa," qal l-Avukat
Muscat magħruf aħjar bħala l-Koħħu kien tilef il-viżjoni minn għajn waħda wara sparatura fl-2014.
Il-qorti ippreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, qalet li se twassal digriet mis-sigrieta.
Il-każ ikompli f'Awwissu.