Seraq ġiżirana u basket mimli flus u weħel sentejn ħabs

Huwa ammetta l-involviment tiegħu u ammetta wkoll li kien ipprova jisraq ħanut ieħor

Raġel  ta' 58 sena minn Bormla ngħata sentenza ta' sentejn priġunerija hekk kif ammetta illi seraq ġiżirana tad-deheb li tiswa €500, minn ħanut fil-Belt Valletta fl-2017. Hu nstab ħati wkoll illi seraq basket, minn ristorant, li kien fih €250 fi flus kontanti u mowbajl 

L-Ispettur Daryl Borg qal lill-Qorti illi waqt li kien qed ikun interrogat ir-raġel mill-ewwel ammetta l-akkużi kontrih, filwaqt li ammetta wkoll li prova jisraq minn ħanut tal-ġojjellerija ieħor. 

Huwa kien akkużat ukoll li wettaq dawn l-atti kriminali meta kien riċediv. 

 

More in Qrati u Pulizija