Xhud fil-każ tat-tfajla ta' Jordan Azzopardi mmultat €300 wara li beżaq fil-Qorti

Il-każ mistenni jkompli fil-ġimgħat li ġejjin

Illum fil-Qorti kompla l-każ fil-konfront tat-tfajla tal-baruni tad-droga Jordan Azzopardi, li qed tiġi mixlija li ppruvat ixxaħħam xhud fil-każ kriminali tal-għarus tagħha.

Waqt li eks impjegat u ħabib ta' Azzopardi kien qed jagħti ix-xhieda tiegħu qam argument bejn eks impjegat ieħor, li dar b'rabja sħiħa u beżaq fuq ix-xhud. Il-Maġistrat Doreen Clarke ċanfritu u mmultatu €300 għal disprezz tal-Qorti.

Intant ġaladarba kompla l-każ, x-xhud spjega li persuni terzi kienu staqsewh kemm ried flus biex ma jixhedx. Huwa allegatament wieġeb, €100,000 għaliex kien jaf li din l-offerta ma kinitx se ssir.

"Għandi ħafna recordings tat-telefonati, jekk nagħtikom il-mowbajl tkunu tistgħu tisimgħu kollox qal," ir-raġel.

Minn naħa l-oħra l-avukat tal-akkużata Franco Debono saħaq li l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-mara ma kinux ġejjin minnha iżda minn għand persuni oħra.

"Kull wieħed mix-xhieda tal-lum ikkonferma li ma kienetx l-idea tas-sieħba," argumenta Debono. Huwa żied jgħid wkoll li ma kienx jagħmel sens li persuna żżomm recordings tat-telefonati li jkunu saru. 

L-Ispettur Mercieca oġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest tal-mara minħabba l-fatt li l-Qorti għad trid tisma' ix-xhud kollha.

Finalment, il-maġistrat iddikjarat li kienet ser toħroġ digriet dwar il-ħelsien mill-arrest tal-mara mis-sigrieta tagħha.

Il-każ mistenni jkompli fil-ġimgħat li ġejjin.

L-Avukat Anne-Marie Cutajar mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mexxiet il-prosekuzzjoni, filwaqt li l-Avukat Amadeus Cachia kien ukoll avukat tad-difiża. 

Ix-xahar li għadda l-Qorti kienet ordnat lit-tfajla tal-baruni tad-droga Jordan Azzopardi tinżamm taħt arrest fid-dawl tal-akkużi ġodda fil-konfront tagħha.

Ftit ġimgħat qabel it-tfajla ta’ Azzopardi kienet diġà inħelset mill-arrest iżda hi sabet ruħha lura fl-iżbarra wara li eks impjegat tal-istess Azzopardi xehed fil-Qorti li t-tfajla ta’ Azzopardi ċemplet u offrietlu €20,000 biex jigdeb taħt ġurament. Allegatament it-tfajla offriet, €10,000 qabel u €10,000 wara li huwa jkun ta x-xhieda tiegħu fil-każ ta’ Azzopardi.

Is-sieħeb tagħha, Jordan Azzopardi ta’ 29 sena qiegħed jkun mixli b’madwar 15 il-akkuża fosthom traffikar tad-droga eroina, kokaina u kannabis, it-tfajla tiegħu reġgħet spiċċat arrestata wara li allegatament hi ppruvat ixxaħħam xhud b’pagament ta’ €20,000. Il-każ mistenni jkompli fi żmien ġimagħtejn.

More in Qrati u Pulizija