Raġel akkużat li stupra lis-sieħba tiegħu repetutament jingħata l-ħelsien mill-arrest

Huwa qed ikun akkużat li fuq perjodu ta' tmien xhur stupra lis-sieħba tiegħu diversi drabi

Raġel akkużat li repetutament stupra mara fuq perjodu ta’ tmien xhur, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien ilu aktar minn xahar jinżamm arrestat.

L-akkużat, li għandu 37 sena u mill-Pakistan, tressaq il-Qorti f’Mejju li għadda u nżamm arrestat, fosthom anke għax il-vittma kienet għadha trid tixhed.

Huwa qed jiċħad l-akkużi kollha.

Il-vittma, mara li hi wkoll mill-Pakistan, tat ix-xhieda tagħha permess ta’ videoconferencing aktar kmieni din il-ġimgħa fejn spjegat li kienet ilha ħafna toħroġ mal-akkużat li kienet ġiet Malta biex jiżżewġu.

L-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €40,000 filwaqt li ordnatlu jgħaddi l-karta tal-identità u l-passaport lill-Qorti waqt li jiffirma wkoll fl-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa.

More in Qrati u Pulizija