Żewġt irġiel iwieġbu ħatja għal pussess ta' droga u serq minn lukanda

L-akkużati tpoġġew taħt probation u se jkunu qed jingħataw l-għajnuna biex jgħelbu l-vizzju tad-droga

Żewġt irġiel tpoġġew taħt probation u se jkunu qed jingħataw il-kura wara li nstabu ħatja b’pussess ta’ droga u serq.

L-irġiel, li għandhom 37 u 38 sena u li huma mis-Swieqi u minn Tas-Sliema, tressqu akkużati b’pussess aggravat tal-kokaina u serq ta’ flus minn lukanda.

Il-prosekuzzjoni spjegat li l-flus insterqu ġurnata qabel ma l-irġiel ġew arrestati fuq pussess ta’ droga.

L-akkużati wieġbu ħati.

L-Avukat Joe Brincat talab probation għall-klijent tiegħu waqt li saħaq kif volontarjament irritorna l-flus li kien seraq.

Iż-żewġt irġiel tpoġġew taħt probation għal 3 snin u fl-istess perjodu għandhom jingħataw l-għajnuna biex jegħlbu l-vizzju tad-droga.

More in Qrati u Pulizija