Raġel tressaq il-Qorti akkużat li ta daqqa ta’ ponn lil raġel ieħor wara li rriffjuta li jixtrilu kafè.
L-Ispettur Trevor Micallef spjega kif ir-raġel li għandu 32 sena mis-Somalja, resaq lejn raġel ieħor fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan u talbu l-flus biex ikun jista’ jixtri kafè. "Int Afrikan bħali. Ixtrili kafè!"
Meta r-raġel l-ieħor irrifjuta, allagatament tah daqqa ta’ ponn.
“Ma nistgħux nibqgħu għaddejin b’din il-ġungla tal-liġi. Dawn l-affarijiet għandhom jiefqu,” saħaq l-Ispettur waqt li b’ton sarkastiku ddeskriva dan il-każ bħala “l-integrazzjoni fl-aqwa tagħha.”
“Raġel mar bi kwiet jieħu kafè u spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn għax iddeċieda li ma jatihx flus,” kompla jgħid l-Ispettur.
L-akkużat weħel xahrejn ħabs u kien ordnat biex ma jersaqx lejn il-vittma.