Żagħżugħ ta’ 23 sena ngħata s-sentenza ta’ sena priġunerija wara li ammetta li seraq u wettaq ħsara f’karozzi li kienu pparkjati f’Tal-Pietà.
Huwa ġie mwiddeb mill-Qorti biex jegħleb il-vizzju tad-droga wara li talab li jkun jista’ jmur għall-programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga.
Huwa tressaq il-Qorti b’żewġ kapi ta’ akkuża fosthom b’serq aggravat.
Fil-Qorti ntqal li ż-żagħżugħ kien diġà tpoġġa taħt żewġ ‘probations’, mar għar-riabilitazzjoni bosta drabi u li l-abbuż qed ipoġġi dawl ikrah fuq familtu.