Diversi ġimgħat ta’ osservazzjoni, minn membri tal-iskwadra ta’ Kontra d-Droga, taw il-frott hekk kif il-lejl li għadda nstabu moħbija madwar żewġ kilos u nofs (2.5kg) ta’ sustanza, allegatament pjanta tal-kannabis.
It-tfittxija hawn Malta bdiet mal-wasla tal-vettura li fiha nġarret u nstabet id-droga, li niżlet minn fuq il-catamaran li kien għadu kif jasal minn Sqallija.
Tliet persuni ta’ nazzjonalità Taljana, żewġt irġiel u mara, li l-eta’ tagħhom tvarja bejn il-25 u 39 sena ġew arrestati u qed jinżammu sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.
Dawn it-tliet persuni mistennija jitressqu l-Qorti għada, akkużati b’importazzjoni u pusses aggravat ta' droga.
Is-sezzjoni tal-klieb tal-Pulizija assistiet fit-tfittxijiet li saru fil-vettura.