Ilbieraħ filgħaxija, l-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista David Agius bagħat ittra lill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija li fiha talbu biex f’isem l-Oppożizzjoni, l-Maġġur Eugenio Caruana jiġi rtirat mill-ħidma tiegħu fil-Parlament. Dan minħabba l-aġir tiegħu fejn kiteb b’mod dispreġjattiv kontra membri tal-Oppożizzjoni. Kopja tal-ittra mibgħuta lill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija qed tiġi annessa ma’ din l-istqarrija.
Il-maġġur Eugenio Caruana li ammetta li għandu l-isem tal-facebook tiegħu bħala GIN CAR li kien hu li kiteb il-kliem li ssibu hawn miktub.