Mara ta’ nazzjonalità Ciniża ġiet ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammettiet li ppruvat tikkorrompi pulizija sabiex titħalla tidħol f’ Malta.
Ren Xiuju, ta’ 30 sena miċ-Ċina, waslet Malta l-bieraħ. Mal-inżul tagħħa fl-ajurport internazzjonali ta’ Malta, hija kienet imwaqqfa u ma nżammet milli tidħol fil-Gżejjer Maltin. Sussegwentament, hija ġiet miżmuma mill-pulizija u rrifjutat li titla’ fuq titjira lura.
Il-Qorti semgħet li f’ ħin minnhom il-mara talbet biex tmur il-kamra tal-banju. Hemmhekk, hi daħlet, u ftit tal-ħin wara hija ħarget b’ mazz flus f’ idha u dlonk pruvat iddaħħalhom fil-but tal-uffiċjal mara li kien hemm għassa magħħa bit-tama li titħalla tidħol Malta.
Quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, l-mara ammettiet l-akkużi miġjuba kontrija u ġiet ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Il-Qorti kkonfiskat ukoll l-€1,500. L-Ispettur Silvio Magro mexxa l-prosekuzzjoni.