L-IĠM jappella għar-rispett lejn il-ġurnalist

L-Avukat Joseph Zammit Maempel jinsulenta lil Saviour Balzan fil-Qorti

L-Avukat Joseph Zammit Meampel
L-Avukat Joseph Zammit Meampel

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) fi stqarrija jagħmel referenza għal dak li ġara f’seduta tal-Qorti lbieraħ, it-Tnejn 2 ta’ Marzu, fejn l-Avukat Joseph Zammit Meampel ġie rrapportat li qal li l-ġurnalist Saviour Balzan li kien qiegħed jagħti x-xiehda “għandu paranoia” u “għandu jara psikjatra”

L-IĠM qal li mingħajr ma jidħol fil-merti tal-każ partikolari, jidihrlu li dan kien diskors lil hinn mill-kompetenza tal-Avukat Zammit Meampel u li jonqos mir-rispett lill-ġurnalist, f’dan il-każ Saviour Balzan.

L-IĠM jappella biex anki fejn hemm argumentazzjoni u nuqqas ta’ qbil, ir-rispett jibqa’ jiddistingwi ruħu bħala valur ewlieni rifless fil-kliem u fl-għemil ta’ kulħadd, ittemm tgħid l-istqarrija.

More in Qrati u Pulizija