
Prostituta trattata bħala ‘skjava sesswali’
mill-qorti

More in Qrati u Pulizija
mill-qorti
“Kont niprostitwixxi ruħi, niekol, u norqod fl-istess kamra. Kelli nistaqsi wkoll jekk nistax immur sat-toilet, kont skjava tas-sess.”
Dan qalitu Marie Louise Magro – prostituta mill-Gżira – li nhar il-Ħamis xehdet kontra mara ta’ 60 sena u r-raġel tagħha ta’ 25 sena. L-imputati, Theresa Cutajar u Elmleti Mohamed Saad, qed jiġu mixlija li mexxew burdell fi Triq Testaferrata, Ta’ Xbiex, li għexu mill-qliegħ tal-prostituzzjoni u li tlajjaw għal skop ta’ prostituzzjoni.
Il-koppja miżżewġa qed tiċħad l-akkużi kollha miġjuba kontrieha u qed tinżamm taħt arrest preventiv.
Fix-xhieda tagħha, Magro rrakkuntat li wara li spiċċat mingħajr flus, talbet lil Theresa Cutajar sabiex taħdem bħala prostituta fil-propjetà tagħha, u din tal-aħħar aċċettat.
“Għall-bidu kollox kien sew, saħansitra Theresa kienet titmani u tħallini norqod hemm, però malli beda jgħaddi ż-żmien, bdiet tgħajjarni u r-raġel tagħha kien jheddidni.”
Magro qalet li meta Theresa ma kinitx id-dar, ir-raġel tagħha, Saad, kien joqgħod għassa biex jara min hu dieħel u ħiereġ f’kamritha.
Mistoqsija mill-Ispettur tal-Prosekuzzjoni Jason Sultana kemm tagħmel flus f’ġurnata, Magro spjegat kif tvarja, xi drabi kienet tagħmel biss €30, fi ġranet oħra, kienet taqla’ sa €300.
Intant, prostituta oħra, Spiridiona Caruana, li aktar kmieni dan ix-xahar ammettiet li kienet qed tħaddem in-nisa għal skop ta’ prostituzzjoni fil-Gżira, qalet lill-Qorti li għal kull klijent, hi wkoll kienet tħallas €5 lil Theresa.
Hija spjegat ukoll li qatt ma kienet imġiegħla biex tipprostitwixxi ruħha, tant hu hekk li skont hi, kienet tagħżel il-klijenti hi u li ma kinitx “tħalli rġiel ta’ karneġġjon iswed” jidħlu.
Prostituta oħra Spiridiona Caruana kkonfermat dan, u żiedet ukoll li l-klijenti kienet tagħżilhomlha hi. Xhud oħra Lucienne Attard, qalet li kienet taħdem bħala prostituta fl-appartament ta’ Theresa u kienet tħallas €20 kuljum kera.
Intant, ir-raġel ta’ sid il-kera tal-post f’Ta’ Xbiex. Michael Sciberras, xehed fil-Qorti li kull meta kien jgħaddi minn quddiem l-appartament, kien jara “bosta nisa differenti fiż-żewġt itwieqi tal-faċċata u minkejja li qatt ma kellimhom il-ġesti u għajnejhom kienu bħal donnhom qed jistednuh biex jidħol ġewwa.”