Elezzjoni 2026 | Ħal Luqa versus Ħal Qormi u l-vot li ma kellux jintefa’

€1,000 għal dak, €500 għal dik, u nibqgħu sejrin hekk... qisu r-rigali jgħoddu biss f’din l-elezzjoni

Kuljum iktar wegħdiet, nistgħu nibdew elenku u naraw x’se joffrulna iktar il-partiti sal-aħħar tal-kampanja. €1,000 għal dak, €500 għal dik, u nibqgħu sejrin hekk. Qisu r-rigali jgħoddu biss f’din l-elezzjoni.

L-istorja ta’ Roderick Galdes u l-coffee morning tiegħu avolja ma ġiex approvat bħala kandidat tal-Partit Laburista baqgħet tberren. Qed jingħad li xi ħadd li ma kellux jivvota waqt eżekuttiv tal-partit, ivvota xorta mid-dehra. L-għajdut hu li hemm ftit ta’ diżgwid bejn nies tal-istess distrett. Ħal Luqa versus Ħal Qormi. Rapporti ta’ 'għajjat u ġlied’ bejn il-canvassers ma naqsux, ovvjament fuq in-NET.

Dejjem hekk hux? Meta jkollhom xi problemi bejniethom tal-PL imorru jiġru għand in-NET, u bil-kontra dawk Nazzjonalisti bil-problemi ma’ Nazzjonalisti oħra fil-partit imorru jiġru għand il-ONE.

Żvilupp ieħor fl-istorja hija l-laqgħa li kellu Galdes ma’ Robert Abela, wara li l-Eżekuttiv ivvota biex ma jħallix lil Galdes ikun kandidat fl-elezzjoni? X’se jiġri? Possibbli naraw lil Galdes kandidat?

More in Politika