Il-gruppi parlamentari mistennija jiddiskutu n-nomina ta’ Spiteri Debono illum

Il-grupp parlamentari Laburista, u dak Nazzjonalista se jiltaqgħu separatament illum waranofsinhar, biex jiddiskutu u japprovaw n-nomina ta’ Myriam Spiteri Debono għal President ta’ Malta 

Il-gazzetta ILLUM żvelat il-Ħadd li għadda kif, iktar iva milli le, Myriam Spiteri Debono se tkun it-tnax-il president ta’ Malta, u t-tielet president mara. (Grafika ta' Marianna Calleja. Ritratt: TVM)
Il-gazzetta ILLUM żvelat il-Ħadd li għadda kif, iktar iva milli le, Myriam Spiteri Debono se tkun it-tnax-il president ta’ Malta, u t-tielet president mara. (Grafika ta' Marianna Calleja. Ritratt: TVM)

Il-gruppi parlamentari, kemm tal-Partit Laburista, u tal-Partit Nazzjonalista, huma mistennija jiltaqgħu illum waranofsinhar, biex jiddiskutu u japprovaw n-nomina ta’ Myriam Spiteri Debono għal President ta’ Malta.

Sors qrib il-Partit Nazzjoanlista ikkonferma li l-grupp parlamentari Nazzjonalista għandu jiltaqa’ għal xil-5:30pm biex jieġu l-vot.

Il-Partit Laburista mistenni jagħmel l-istess.

Il-gazzetta ILLUM żvelat il-Ħadd li għadda kif, iktar iva milli le, Myriam Spiteri Debono se tkun it-tnax-il president ta’ Malta, u t-tielet president mara.

Dan minkejja d-diversi ismijiet u spekulazzjoni inkluż dak ta’ Helena dalli, imbuttat mill-Partit Laburista.

Myriam Spiteri Debono bdiet tissemma għall-pożizzjoni l-Ħamis li għadda, iżda sorsi qalu lil din il-gazzetta li l-possibbiltà li din issir President ta’ Malta hi garantita, bil-vot għal dan iseħħ fil-parlament għada. 

Il-kabinett ta’ Abela kellu jaffaċċja dilemma maħluqa mill-insistenza tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li rrifjuta kwalunkwe membru mill-eks kabinett ta’ Joseph Muscat isir president. 

L-ILLUM kienet infurmata wkoll li ċ-chats tad-delegati Laburisti kienu mimlija tifħir lejn l-għażla ta’ Myriam Spiteri Debono.

Sorsi qrib id-diskussjonijiet kienu diġà qalu li qabel il-vot tal-Erbgħa, il-grupp parlamentari Laburista, u dak Nazzjonalista se jiltaqgħu separatament biex jaċċettaw lil Spiteri Debono. 

Fil-ġimgħat li għaddew, l-ILLUM osservat id-diskussjonijiet bejn Abela u Grech mill-qrib, b’sorsi jgħidu li l-ewwel diskussjonijiet tal-mexxejja f’Kastilja kienu ċivili u kordjali. Iżda minkejja l-kliem fieragħ, qatt ma kien hemm qbil fuq isem, għajr fil-laqgħa tal-aħħar.

AQRA AKTARAbela u Grech jippjanaw it-tieni inkontru... Il-Prim Ministru jħares lejn Helena Dalli 

Il-leġiżlatura tal-President George Vella tasal fi tmiemha f’April, bi Spiteri Debono issa tiddendel sakemm takkwista l-maġġoranza ta’ żewġ terzi minn tal-voti biex tkun eletta.  

AQRA AKTAR: Id-diskussjoni bejn Grech u Abela taqa' żorba: Anġlu Farrugia jista' jsir aġent President

Spiteri Debono, 72 sena, kienet il-President tal-Kamra bejn l-1996 u l-1998, waqt li Alfred Sant kien Prim Ministru. Hija kienet l-ewwel mara li qatt okkupat din il-kariga, wara li kkontestat f’elezzjonijiet f’isem il-Partit Laburista. 

More in Politika