Aġġornata | Repubblika titlob sabiex jitressqu l-Qorti l-imħuħ wara l-iskandlu tal-benefiċċji

L-akkużi jinkludu fabrikazzjoni ta’ firem li jinkludu anke ta’ tobba, kif ukoll falsifikazzjoni ta’ dokumenti tal-Gvern, fost oħrajn

Rigward l-iskandlu tal-benefiċċji, l-għaqda Repubblika saħqet li l-priorità għandha tkun li “il-politiċi kriminali u l-kompliċi tagħhom jitpoġġewlhom il-manetti fuq idejhom, u jitressqu l-qorti biex jaffaċċjaw il-ġustizzja,” qabel ma nħarsu lejn in-nuqqasijiet fis-sistema.

Wara sentejn mir-riżenja tal-eks Membru Parlamentari Silvio Grixti, l-għaqda nnotat ukoll kif ħadd minn dawk li ħarġu bl-idea għadu m’affaċċja proċeduri kriminali, meta huwa evidenti li kien hemm fabrikazzjoni ta’ firem li jinkludu anke ta’ tobba, kif ukoll falsifikazzjoni ta’ dokumenti tal-Gvern. Dan huwa apparti minn allegazzjonijiet oħra, fosthom ta’ “xiri kriminali ta’ voti.”

F’konferenza tal-aħbarijiet imsejjħa quddiem Kastilja mill-għaqda, din stqarret li “ninsabu ninsabu diżgustati b’dak li sed insiru nafu dwar is-serq tal-flus tal-benefiċċju soċjali f’pajjiżna.”

B’referenza għall-Bord li twaqqaf rigward dan is-suġġett, żiedet li “dan hu ngann u għandu l-iskop li jservi ta’ paraventu għall[1]qerq u għall-korruzzjoni.” Dan minħabba l-fatt li l-Prim Ministru Robert Abela kien ilu sentejn jaf bil-każ, li kien diġa qed jiġi investigat u wassal għar-riżenja ta’ Grixti, u b’hekk l-għaqda saħqet li kien dak iż-żmien meta kellu jitwaqqaf il-Bord.

Segwentament, l-għaqda allegat li l-Partit Laburista għamel ħiltu sabiex jaħbi dan l-abbuż, minħabba n-numru kbir ta’ niex implikati, apparti Grixti.

Fid-dawl ta’ dan kollu, l-għaqda tħoss ukoll li “għadha ma ntrefgħetx nitfa responsabbilita’ politika,” minkejja r-riżenja ta’ Grixti.

L-għaqda talbet ukoll sabiex “tintrefa’ responsabbilità politika minn kull min għandha tintrefa’, l-imħuħ u l-idejn ta’ din is-sistema kriminali jitressqu l-Qorti, il-Poplu jingħata rendikont ta’ dak li ġie misruq mingħandu, kull sold li insteraq jintradd lura lilu, u Robert Abela jieqaf juża l-għodod tal-istat biex jipproteġi lilu nnifsu u lil sħabu l-kriminali.”

Titkellem l-ADPD

L-ADPD qablet ma' dak li qalet l-għaqda Repubblika, filwaqt li żiedet li ”l-mod kif ġraw l-affarijiet u l-ħabi tad-dettalji tal-każ għal sentejn sħaħ bilfors ikomplu jdaħħlu dubju dwar l-indipendenza tal-Korp tal-Pulizija."

More in Politika