Il-mediċina tal-iscabies, fl-aħħar titqassam, wara li kienet ilha tmien ġimgħat out of stock

Il-Ministeru għas-Saħħa qal illi l-ħażna tal-mediċina li kellha s-CPSU ittieħdet kollha minħabba tifqigħa... Issa l-Gvern se jkun qiegħed jerġa' jaħżen medikazzjoni li għandha sservi madwar sitt xhur 

"Il-mediċina tal-iscabies qed tiġi distribwita għand il-kliniċi issa, wara li feġġgħet tifqigħa u ma kien hemm ebda mediċina li tista' tingħata għall-kura tal-pazjenti." Hekk qal il-Ministeru għas-Saħħa lill-gazzetta ILLUM meta mistoqsi għaliex pajjiżna ma kellu ebda riserva tal-mediċini għall-iscabies, meta l-bqija tal-pajjiżi Ewropej ma kinux qed jaffaċċjaw l-istess problema. 

Bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena u għaldaqstant fi perjodu ta’ tliet xhur, Malta irreġistrat 64 każ ta’ scabies. Madankollu l-mediċina li normalment tingħata biex tagħti soljev u ddewwi lill-pazjenti morda ilha out of stock għal dawn l-aħħar tmien ġimgħat, jiġifieri mill-bidu ta’ Marzu.   

Il-mediċini li kienu out of stock huma Permethrin cream u pinnoli bl-isem ta’ Ivermectin.  

Il-Ministeru għas-Saħħa spjega illi s-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) normalment iżomm ammont ta’ din it-tip ta’ mediċina li jitqassam skont il-bżonn, mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei. Din il-mediċina tingħata biss skont it-talba  tal-pazjent jew it-tobba u ma titqassamx awtomatikament ma’ spiżeriji jew klinċi oħra.  

Minkejja dan, l-ILLUM ġiet infurmata illi każwa ta’ żieda fit-talbiet għal dawn il-medikazzjonijiet, minħabba t-tifqigħa, wasslet biex intużat il-ħażna kollha. Madankollu assiguraw li filwaqt li l-mediċina qiegħda titqassam biex tingħata lill-pazjenti, l-Gvern se jkun qiegħed jaħżen mediċina li għandha sservi sitt xhur, bħalma kien isir qabel.  

Mhux l-ewwel darba li pazjenti kellhom jistennew xhur għall-pilloli 

Jidher illi l-medikazzjoni għal din il-kundizzjoni mhux l-ewwel darba illi kienet out-of-stock, tant illi pazjenti kellhom jistennew xhur biex jingħataw il-pillola Ivermectin. Fil-fatt f’Settembru li għadda, ukoll kien hemm l-istess problema u reġgħet ġiet suplita wara l-karba tan-nies għall-għajnuna medika. Dakinhar, uħud qalu li sakemm stennew il-mediċina adegwata, ingħataw mediċina oħra minflok bil-għan li jtaffi s-sintomi, iżda din ma ħalliet ebda effett fuqhom.  

Intant l-Assoċjazzjoni Maltija għad-Dermatoloġija u Veneroloġija f’rapporti mal-midja insistiet illi l-Gvern ma jistax jibqa’ sejjer hekk u li jissuplixxi din il-mediċina skont d-domanda tax-xhur ta’ qabel u għaldaqstant timxi b’immaniġjar bi kriżi.  

X’inhi l-iscabies u għaliex huwa faċli li tinfetta ruħek? 

Scabies hija infezzjoni fil-ġilda (parasitic infection) li tikkawża raxx fuq il-ġilda u ħakk kbir. Dan ir-raxx huwa ikkawżat minn gidma ta’ insett (mite) u faċilment jista’ jiġi trażmess permezz ta’ kuntatt dirett ma’ persuna li għandha s-sintomi tal-iscabies. Tant hu hekk li ħafna tobba jirrakomandaw trattament għall-familji tal-persuni infettati wko

More in Politika