Ir-Rettur ta' San Albert jaħfer lill-għalliema li użat kliem vulgari kontrih u jitlob li jaqgħu l-proċeduri

Il-Maġistrat talbet lill-għelliema biex titlob skuża lir-Rettur u fakkritha li l-aġir tagħha seta’ jwassal għal multa ta’ €23,000 u t- tneħħija tal-warrant ta’ għalliema

Ir-Rettur tal-Kulleġġ ta' San Albert il-Kbir qal lill-Maġistrat Charmaine Galea li hu jaħfer lill-għalliema li fuq Facebook użat kliem vulgari kontrih wara t-tmiem tal-impjieg Mario Mallia minn Kap ta' Skola.

Patri Aaron Zahra qal fl-awla li huwa jaħfer lill-għalliema u talab li jitwaqqfu l-proċeduri fil-konfront tagħha.

Huwa qal li flimkien kienu ddiskuttew din il-ħaġa u l-għalliema għadha taħdem mal-kulleġġ.

 Il-maġistrat talbet biex quddiemha l-għalliema titlob skuża lil Patri Aaron. Min-naħa tiegħu, ir-Rettur wieġeb li huwa jilqa’ l-iskuża u jaħfrilha u jitlob li jitwaqqfu l-proċeduri kollha.

Il-Maġistrat fakkritha li l-aġir tagħha seta’ jwassal għal multa ta’ €23,000 u t- tneħħija tal-warrant ta’ għalliema.

L-Amministrazzjoni tal-Kulleġġ rringrazzjat lill-għalliema tal-ħidma tagħha fil-kulleġġ bħala għalliem

More in Politika