Matthew Zerafa jinħatar Kap Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità tad-Djar

Għal dawn l-aħħar snin Zerafa ħadem bħala Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli

Matthew Zerafa inħatar Kap Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità tad-Djar. 

Għal dawn l-aħħar snin Zerafa ħadem bħala Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli. 

Huwa studja u gradwa b’Baċellerat fir-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Università ta’ Malta, kif ukoll gradwa b’Masters fl-Intelliġenza u Sigurtà fl-Ingilterra, fejn speċjalizza fuq l-Infurzar tal-Entitajiet Pubbliċi f’pajjiżna. 

L-istudji tiegħu ffukaw ukoll fuq Geographical Information Systems (GIS) u fuq deċiżjonijiet strateġiċi fi żminijiet ta’ inċertezzi.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli feraħ lil Matthew Zerafa għal din il-ħatra ġdida.

Il-Ministru rringrazzja wkoll lil Leonid McKay tal-ħidma tiegħu matul dawn is-snin li mexxa lill-Awtorità tad-Djar u awguralu wkoll għall-kariga ġdida tiegħu.

Fil-fatt, McKay għadu kemm inħatar bħala chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis, wara li Mariella Dimech tneħħiet mill-kariga wara biss 10 xhur. 

More in Politika