Filmat | Gwardji tal-Kosta Libjani jheddu bl-armi membri tas-Sea-Watch f'żona ta' tiftix u salvataġġ Maltija

“Itilqu ‘l barra mit-territorju Libjan jew nisparaw il-missili,” jinstema' jgħid wieħed mil-Libjani

Filmat ippubblikat mill-NGO Sea-Watch juri membri tal-Gwardja tal-Kosta Libjana jheddu b’armi tan-nar ajruplan tal-istess NGO waqt li dan kien fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta.

F’dan il-filmat, membru tal-ekwipaġġ abbord bastiment tal-Gwardja tal-Kosta Libjana jinstema’ jgħid: “itilqu ‘l barra mit-tettitorju libjan,” bl-NGO tgħidlu li huma kieni f’żona ta’ tiftix u salvataġġ Ewropeja.

Minkejja dan, il-membru tal-ekwipaġġ Libjan baqa’ jinsisti li dik kienet żona Libjana.

“Itilqu ‘l barra mit-territorju Libjan jew nisparaw il-missili,” ikomplu jheddu.

Membru ieħor tal-istess ekwipaġġ Libjan jidher jispara fuq dinghy wara li l-immigranti li kienu fuqu ttellgħu fuq id-dgħajsa. Id-dinghy jidher jaqbad ukoll.

Sea-Watch qed tisħaq li l-Gwadji tal-Kosta Libjani kienu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija u mhux f’żoni territorjali tal-Libja.

Qalet ukoll li l-ajruplan tagħha lemħet madwar 70 immigrant li kienu fuq dgħajsa dinghu żgħir. Kien ftit wara li ressqu l-Libjani u bdew jheddu lill-membru tagħha. 

Sea-Watch qed tgħid li dan probabbilment sar għax huma kienu qed jieħdu sehem f’pushback illegali.

More in Politika