Baġit 2023 | Titjib ta' 23% fil-pensjoni lil dawk li jibqgħu fil-Korp wara l-età tal-irtirar

Il-Gvern ħabbar li se jiddaħħal il-kunċett ta’ pensjoni tas-servizz għal ħames snin lir-romol ta’ uffiċjali

Il-Gvern ħabbar numru ta' miżuri li jitrattaw u jindirizzaw lill-membri tal-Korp tal-Pulizija u l-Korpi ddixxiplinati fosthom billi estenda l-inċentivi sabiex uffiċjali tal-Korpi dixxiplinati jibqgħu fil-Korp wara li jkunu għalqu l-età tal-pensjoni u dan billi dawk li jibqgħu fil-Korp se jkunu jistgħu jtejbu l-pensjoni tagħhom b'23% wara erba' snin ta' servizz addizzjonali. 

Il-Gvern ħabbar li se jiddaħħal il-kunċett ta’ pensjoni tas-servizz għal ħames snin lir-romol ta’ uffiċjali fil-forzi dixxiplinati li jkunu ġew nieqsa jew qabel jagħlqu l-25 sena servizz jew fil-perjodu bejn l-għeluq tas- servizz u l-età tal-irtirar.

Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana qal li l-Gvern se jkompli bl-investiment f’apparat u f’xiri ta’ vetturi għall-Pulizija u l-Forzi Armati kif ukoll fire engines industrijali u domestiċi, vettura Hazmat bi trailer u tagħmir speċifiku tal-vetturi elettriċi għall-Protezzjoni Ċivili. 

More in Politika