'Robert Abela u l-Kummissarju tat-Taxxa ma weġbunix' - Il-Kummissarju tal-Istandards

Il-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika sostna li ma setax jiddeċiedi jekk kienx hemm ksur ta' etika mill-PM wara li dan ma weġibx mistoqsijiet dwar messaġġi bejnu u l-Kummissarju tat-Taxxa li jitrattaw materji ta' taxxa tal-Kap tal-PN

Investigazzjoni dwar akkużi li l-Prim Ministru Robert Abela abbuża mill-poter tiegħu wara li allegatament iddiskuta l-materji tat-taxxa tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech mal-Kummissarju tat-Taxxa spiċċat bla konklużjoni hekk kif il-Kummissarju tal-Istandards qal li ma jistax jiddetermina jekk Abela kisirx l-etika parlamentari jew le minħabba li kemm Abela u anke Marvin Gaerty ma weġbux il-mistoqsijiet tiegħu. 

Kien il-kandidat indipendenti Arnold Cassola li talab sabiex issir investigazzjoni wara li l-gazzetta The Times irrapportat li l-Pulizija kienu qed jinvestigaw il-mowbajl ta' Marvin Gaerty u sabu, fost oħrajn diskussjoni bejnu u l-Prim Ministru dwar materji ta' taxxa ta' Bernard Grech. Abela kien qal biss illi hu kien għadda informazzjoni li waslitlu lil Gaerty, illi Grech ma kienx qed iħallas it-taxxa. 

Abela, jgħid il-Kummissarju, kiteb lill-istess Hyzler u qallu li jekk Cassola jidhirlu li hemm xi ħtija jissostnazja u jidentifika din il-ħtija." Gaerty wkoll irrifjuta li jwieġeb lil Hyzler meta deher quddiemu, b'avukat. 

Il-Kummissarju tal-Istandards qal li minħabba li dawn ma weġbux hu ma setax jiddetermina kienx hemm ksur ta' etika jew le. 

 

More in Politika