Żagħżugħ iweġġa' wara argument b'ġebla fil-bajja tal-Għadira

Ir-raġel l-ieħor li kien involut fil-ġlieda ħarab minn fuq il-post

Żagħżugħ ta' 28 sena kellu jiddaħħal Mater Dei wara li weġġa' waqt argument li seħħ ilbieraħ filgħaxija fil-bajja tal-Għadira.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30pm meta l-Pulizija rċeviet rapport li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħha.

Meta waslet, il-Pulizija sabet liż-żagħżugħ ferut. Jidher li ż-żagħżugħ min-Nepal kellu argument ma' raġel ieħor li ħarab minn fuq il-post.

Jidher li waqt l-argument intużat ġebla.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Politika