'Diżastru' - Sant dwar ix-xogħlijiet li qed isiru viċin l-Ajruport

Alfred Sant jikkritika l-mod kif qed isiru x-xogħlijiet infrastrutturali viċin l-Ajruport ftit xhur biss qabel jibda l-istaġun turistiku

"Diżastru." Hekk iddeskriva x-xogħlijiet li għaddejin bħalissa viċin l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, l-eks Prim Ministru u l-Ewroparlamentari Alfred Sant.

Fuq Facebook, Sant staqsa jekk hemmx xi ħadd li jista' jirranġa "d-diżastru" li hemm viċin l-Ajruport b'mod partikolari d-direzzjonijiet biex wieħed jidħol jew joħroġ mill-MIA.

Fi kliemu, filgħaxija, il-problema hija ħafna akbar.

Semma fost oħrajn in-nuqqas ta' sinjali u n-nuqqas ta' dawk.

"X'ġara mill-mod professjonali li bih inbnew il-flyovers tal-Marsa?", staqa Sant waqt li fakkar li dawk ix-xogħlijiet kienu ħafna aktar komplessi.

Saħaq li meta kienu qed isiru x-xogħlijiet il-Marsa ħaseb li l-Maltin tagħlmu kien jimmaniġjaw proġetti infrastrutturali iżda insista li dan mhuwiex il-każ. 

More in Politika