Malta se toffri servizzi ta' onkoloġija lil dawk l-Ukreni li jaħarbu l-gwerra

Is-servizzi se jkunu offruti fiċ-ċentru tal-onoloġija Sir Anthony Mamo lil dawk l-Ukreni li diġà bdew jirċievu chemo jew raġġi

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li Malta se tibda toffri servizzi ta’ onkoloġija lil dawk l-Ukreni li jħallu lil pajjiżhom minħabba l-gwerra.

Abela qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret it-Tnejn f’Bormla.

Abela qal ukoll li l-Gvern se jkun qed iħares lejn ir-restrizzjonijiet marbuta mal-ivjaġġar minħabba l-Covid-19 bil-għan li jiffaċilita t-tranżizzjoni ta’ Ukreni lejn Malta.

Is-servizzi se jkunu offruti fiċ-ċentru tal-onoloġija Sir Anthony Mamo lil dawk l-Ukreni li diġà bdew jirċievu chemo jew raġġi.

Aqra wkoll:

More in Politika