Il-kumpanija Virtu Ferries tinvesti f'katamaran ġdid għas-servizz ta' fast ferry bejn Malta u Għawdex

Il-katamaran, li qed jissemma HSC “Gozo Express" kien iddisinjat minn Incat Crowther, kumpanija li tispeċjalizza f'bastimenti tal-fast ferries

Il-kumpanija Virtu Ferries, qed tinvesti f'katamaran ġdid biex jintuża għas-servizz ta' fast ferry bejn il-Belt Valletta u Għawdex. Dan il-katamaran inxtara għal €7 miljun.

Il-katamaran, li qed jissemma HSC “Gozo Express" kien iddisinjat minn Incat Crowther, kumpanija li tispeċjalizza f'bastimenti tal-fast ferries.

B'kollox huwa twil 42.2 metri u jiflaħ 322 passiġġier. Fuq barra se jkollu wkoll post għal 40 persuna. 

B'kollox, il-katamaran għandu erba' magni MTU 12V2000 M72 u anke erba' Rolls Royce water jets. Dan ifisser li jista' jilħaq veloċità massima ta' aktar minn 38 knots.

Fuq il-bastiment il-ġdid saru l-provi kollha u mistenni jasal Malta f'Marzu li ġej. Dan se jkun qed jieħu post il-bastiment SES "San Pawl" u se jkun qed jibqa' jaħdem mal-SES "San Franġisk."

L-SES "San Pawl" se jibda jintuża għar-rotta li l-kumpanija Virtu Ferries topera bejn Venezja u l-Kroazja.

More in Politika