221 każ ġdid ta' Covid-19 iżda s-sitwazzjoni f'Mater Dei tibqa' waħda stabbli

Minn 1,600 persuna marida bil-virus, 20 biss jinsabu Mater Dei

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 221 każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta filwaqt li 153 persuna ġew ikkonfermati mfejqa.

Dan ifisser li f'Malta hawn 1,600 każ attiv.

Madanakollu, is-sitwazzjoni f'Mater Dei baqgħet stabbli.

Minn 1,600 persuna marida bil-virus, 20 biss jinsabu Mater Dei u minn dawn tlieta biss għandhom bżonn kura intensiva.

156,403 persuna ħadu l-booster tal-vaċċin.

More in Politika