Daqshekk ser issarraf ċekkijiet ta' €20... Il-Forum kontra l-Faqar jappella biex dan ma jseħħx

Il-Forum kontra l-Faqar jitlob għar-rikunsiderazzjoni ta' direttiva tal-Bank Ċentrali li tfisser illi ċekkijiet ta' €20 ma jistgħux jibqgħu jissarfu...

Il-Forum kontra l-Faqar f'ittra ittra lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali kkritika d-dikjarazzjoni tal-Bank li mis-sena d-dieħa ċekkijiet ta' €20 mhux se jibqgħu jissarrfu u qal li bħala rappreżentant ta' 17-il għaqda non governattiva - li jaħdmu bil-għan li jinqered il-faqar u tkun eradikata l-esklużjoni soċjali -  "din id-direttiva se tkun qed taffetwa minoranza tal-poplu tagħna." 

Il-Forum sostna illi dan il-pass se jħalli impatt negattiv fuq nies li ma jafux jużaw sew it-teknoloġiji relatati ma' banek, bħall-internet banking, direct debits, trasferimenti ta' kreditu u aktar. "Il-persuni li se jiġu impattati, l-aktar dawk anzjani - imma mhux biss -  jużaw iċ-ċekkijiet bħala mod ta' kif jirċievu flus mogħtija lilhom." 

Il-Forum qal ukoll li din id-direttiva se jkollha effett fuq il-prezzijiet u eventwalment anke fuq l-għoli tal-ħajja, "hekk kif il-messaġġ li qed jintbagħat huwa li ċekk ta' €20 mhux ta' valur biżżejjed biex jissarraf." 

Għalhekk il-Forum saħaq li hemm bżonn li din il-miżura tkun ikkunsidrata mill-ġdid u jfakkar li dawk li mhumiex familjari ma' proċessi bankarji teknoloġiċi u li għandhom bżonn kuntatt ma' kaxxiera biex jinqdew, se jkomplu jbatu. 

More in Politika