L-FKNK tgħid li r-raġel li qatel erba' fjammingi huwa 'kriminal li ma hemmx postu f'soċjetà ċivilizzata'

... u twissi li l-membri tagħha mhux se jaċċettaw min jipperikola dan id-delizzju minħabba ksur ta' liġi

Ritratt tal-fjammingi maqtulin
Ritratt tal-fjammingi maqtulin

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) fetħet il-kanuni fuq kaċċatur ta' 23 sena, li dalgħodu inqabad jotqtol erba' fjammingi u li iktar kmieni llum ukoll tressaq quddiem il-Qorti, fejn ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest. Hija qalet li "kriminal bħal dik il-persuna li allegatament sparat u qatlet erba’ fjamingi mill-ponta tal-Qawra ma baqax posthom f'soċjetà ċivilizzata." 

L-FKNK sostniet illi nies bħal dan iż-żagħżugħ żgur li ma hemmx posthom fost il-komunità tal-kaċċaturi, għalkemm qalet ukoll li din il-persuna mhijiex membru tal-FKNK.

L-FKNK wissiet li l-eluf ta’ membri kaċċaturi u nassaba fi ħdanha "qatt mhu ser jippermettu lil kwalunkwe delinkwent li jista' baqa' li jħammeġ lill-FKNK u lill-membri tagħha, b’tali atti ta’ stmerija u kundanna totali."

More in Politika