Il-każi attivi tal-Covid-19 jinżlu taħt l-400; L-għadd ta' pazjenti fl-isptar jibqa' stabbli

Dan minkejja r-rilaxx ta' diversi fatturi u anke minkejja l-fatt li għal dawn l-aħħar ħmistax ġew organizzati diversi attivitajiet b'udjenza bilwieqfa

Il-każi attivi ta' Covid-19 f'Malta komplew jonqsu biex issa hawn 391 persuna bil-Covid-19.

Dawn komplew jonqsu minkejja li fl-aħħar ġimgħat komplew jonqsu ħafna restrizzjonijiet, tant li f'dawn l-aħħar ħmistax ġew organizzati diversi attivitajiet b'udjenza bilwieqfa.

Fl-aħħar 24 siegħa, instabu 13-il każ ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 43 persuna oħra.

L-għadd ta' pazjenti fl-isptar baqa' wkoll stabbli. Fil-fatt, f'Mater Dei, hemm rikoverati 17-il pazjent bil-Covid-19 u erba' minnhom jinsabu fl-ITU.

Intant komplew ukoll jingħataw il-boosters tal-vaċċin, hekk kif sa issa ġew amministrati 6,908 doża addizjonali.

More in Politika