'Dan l-attakk ma jista' qatt jiġi ttollerat' - Bernard Grech dwar Manuel Delia

Mistoqsi fuq dak li qal Manue Delia, dwar attakki kontrih Bernard Grech ifakkar li dawn it-tip ta' attakki ma huma aċċettati qatt...

Bernard Grech waqt il-konferenza
Bernard Grech waqt il-konferenza

Propju dan kien il-kliem li ntqal mil-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, f’konferenza li saret quddiem sptar tal-Onkoloġikja Sir Anthony Mamo f’Mater Dei.

Manuel Delia, li huwa attivist u kif ukoll għandu l-blog tiegħu , qal li rċieva diversi theddid . Huwa żvela li ser jitlaq minn Malta, hekk kif qal li rċieva theddid minn dawk akkużati b’kompliċita fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. F’Awwissu huwa stess kien avża lin-nies biex ma jqarrqux b’emails u websajts foloz iddisinjati propju biex jikkupjaw dak li kien qiegħed jippublika hu. Sussegwentement kien udiversi portals li kellhom kopja falza tagħhom ppubblikata

Il-Kap tal-Oppożizzjoni stqarr li dawn it-tip ta’ atttakki mhumiex aċċettati mil-partit Nazzjonalista. Ġħandna nkunu poplu wieħed u nirrispettaw lil kulħadd. Dawn it-tipi ta’ attakki ilhom isiru u lkoll xi darba jew oħra smajna b’xi attakk. L-opinjonijiet u l-politika għandhom dejjem jiġu diskussi ‘’. Il-Kap tal-Oppożizzjoni stqarr illi meta jkun qiegħed jikkritika speċifikament lil Prim Ministru Robert Abela, joqgħod attent li qatt ma jkun qiegħed jagħti titli.

Dan għaliex, skont hu ma jridx li jkun qiegħed imexxi ‘il quddiem l-idea li tattakka ma tkun qed tagħmel xejn ħażin. Spiċċa l-konferenza billi qal li l-ebda individwu ma għandu la jaċċetta u lanqas jagħmel dan it-theddid.

Intant Brenard Grech irreagixxa gal fatt li l-attivisti ta’ Adrian Delia attendew il-fosos, libsien flokkijiet b’isem Adrian Delia. Hu stqarr illi kienu x’kienu r-raġunijiet u l-intenzjonijiet ta’ Adrian Delia, mhumiex ta’ interess għalih

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech,jrid politiċi maturi u dejjem emmen hekk mil-bidu tal-politika tiegħu. Hu qal li l-partit għandu jkun wieħed, bandiera waħda u arma waħda. Stqarr illi kuħadd għandu jiġbed ħabel wieħed u bagħat messaġġ ċar li l-Partit Nazzjonalista jemmen biss fl-interess kollettiv tal-poplu. ‘’Il-PN jinteressah li kull deputat iħares lejn l-elettorat b’rispett , fis-sens li huwa partit wieħed.’’

L-għan tal-konferenza kien li Grech jiltaqa’ ma nies ta’ Puttinu Cares. Puttinu jipprova jgħin lil nies li għandhom bżonn l-għajnuna. Ser jinfetaħ ċentru ġdid ġewwa Londra, li ser jgħin lil Maltin li jkollhom bżonn il-kura. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li il-Partit Nazzjonalista qed jappoġġja NGO’s u lill- ħaddiema tal-għajnuna u xogħol li jipprovdu. Stqarr ukoll li hemm il-ħtieġa li jiżdiedu l-mediċini fuq il-listi sabiex tingħata l-għajnuna kollha possibli lill- Maltin .

More in Politika