Imutu żewġ anzjani oħra bil-Covid-19 filwaqt li jkomplu jonqsu l-każi attivi

Il-vittmi tal-Covid-19 f'Malta jaqbżu l-450 filwaqt li każi attivi jinżlu taħt is-700

Fl-aħħar 24 siegħa, żewġ irġiel, wieħed ta' 67 sena u ieħor ta' 74 sena, ħallew ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-virus tal-Covid-19. Dan iwassal biex il-vittmi tal-pandemija f'Malta jaqbżu l-450.

Madankollu l-każi attivi ta' Covid-19 issa naqsu għal 696. Minn dawn, hemm biss 22 persuna li qed jingħataw kura f'Mater Dei, b'erbgħa minnhom jinsabu fl-ITU. Dan jiġġifieri kemm il-pazjenti rikoverati fl-isptar u l-każi attivi issa t-tnejn naqqsu fl-aħħar 24 siegħa.

Fl-aħħar 24 siegħa, instabu 25 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 45 pazjent.

Kompla wkoll għaddew it-tilqim, inkluż dak tal-booster fost l-anzjani. Fil-fatt, sa issa, 4,001 anzjan ħadu l-booster tal-vaċċin.

More in Politika