Malta ma tibqax fuq l-aħmar fil-mappa tal-ECDC

Malta sabet ruħha fil-lista l-ħamra lura f'Lulju, meta pajjiżna kellu ftit aktar minn 1,990 każ attiv.

L-Aġenzija Ewropea għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard poġġiet lil Malta fuq il-lista l-oranġjo, wara xahar fil-lista l-ħamra.

Malta niżlet fil-lista l-oranġjo wara li mill-bidu ta' Awissu sal-15 ta' Awissu, il-każi ġodda kuljum kienu dejjem taħt il-200 filwaqt li r-rata tal-pożittività inżammet taħt jew viċin l-4%.

Tajjeb li nfakkru li din il-lista ma għandha l-ebda efett dirett fuq is-safar iżda isservi ta' gwida għall-pajjiżi meta jiġu biex iżidu r-restrizzjonijiet fuq safar minn u lejn ċertu pajjiżi. Fil-fatt il-Litwanja biss poġġiet lil Malta fil-lista il-ħamra tas-safar fl-aħħar xahar.

Malta sabet ruħha fil-lista l-ħamra lura f'Lulju, meta pajjiżna kellu ftit aktar minn 1,990 każ attiv.

Il-gazzetta ILLUM kienet tkelmet ukoll fuq l-ECDC u l-lista l-ħamra mal-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne. Meta mistoqsi kif Malta sabet ruħha fuq il-lista l-ħamra minkejja x-xogħol kollu li qiegħed isir biex il-poplu jkun sigur, Fearne kien sostna li l-ECDC qed tħares lejn is-sitwazzjoni bl-istess angolu ta' meta ma kienx hawn ħafna tilqim. Huwa qal ukoll illi l-Gvern tkellem mal-ECDC dwar jekk dan il-kalkolu għandux jibda jgħodd fih ukoll nies li jinsabu fl-isptarijiet u l-ITU, f'pajjiżi fejn ir-rata ta' persuni mlaqqmin hija għolja. 

More in Politika