Malta titpoġġa fil-lista l-ħamra għas-safar tal-ECDC wara ż-żieda fil-każi

Għalkemm din ma għandha l-ebda efett dirett fuq is-safar, isservi ta' gwida għall-pajjiżi meta jiġu biex iżidu r-restrizzjonijiet fuq safar minn u lejn ċertu pajjiżi

L-Aġenzija Ewropea għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard poġġiet lil Malta mill-ġdid fuq il-lista tal-pajjiżi mhux siguri għas-safar u dan wara ż-żieda qawwija fil-każi ta' Covid-19 fl-aħħar jiem u ġiimgħat.

Kull ġimgħa, l-ECDC tippubblika mappa li fiha tikklassifika l-pajjiżi skont in-numru ta' każi u r-rata ta' pożittività.

Għalkemm din ma għandha l-ebda efett dirett fuq is-safar, isservi ta' gwida għall-pajjiżi meta jiġu biex iżidu r-restrizzjonijiet fuq safar minn u lejn ċertu pajjiżi.

L-ECDC tikklassifika lil pajjiżi f'erba' livelli, jiġifieri dawk fil-lista l-ħadra (li huma meqjusa l-aktar siguri), il-lista l-oranġjo, il-lista l-ħamra u l-lista ħamra skura (li huma l-inqas pajjiżi siguri għas-safar).

Malta bħalissa tinsab fil-lista l-ħamra.

Malta għandha 1.932 każ attiv ta' Covid-19 u 18-il persuna jinsabu rikoverati f'Mater Dei, b'pazjent minnhom jinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

More in Politika