Il-każi attivi jkomplu neżlin hekk kif ifiqu 219-il persuna u jirriżultaw 94 każ ġdid

30 persuna l-isptar li minnhom tnejn jinsabu fl-ITU

Il-każi attivi ta' Covid-19 komplew neżlin, biex issa jlaħħqu t-total ta' 1,847 hekk kif fiequ 219-il persuna filwaqt li rriżultaw 94 każ ġdid minn total ta' 3,483 swab test. Dan ifisser rata ta' pożittività għall-Covid-19 ta' 2.7%. In-numru ta' persuni l-isptar kompla nieżel ukoll biex issa huwa ta' 30 persuna, b'żewġ persuni iżda li jinsabu fl-ITU.

Intant fl-aħħar 24 siegħa ma rriżultaw ebda mwiet, filwaqt illi total ta' dożi mogħtija telgħu għal 758,252. 

More in Politika