Ftehim soċjali ta' €2 miljuni ma' Dar Nazareth - li tkopri 29 resident b'diżabilità

F’Mejju u Ġunju li għaddew saru erba’ ftehimiet soċjali oħra simili mal-Fondazzjoni Wens, mal-organizzazzjoni mhux governattiva Dar il-Kaptan, mal-Fondazzjoni ALS Malta – Dar Bjorn, u mal-Fondazzjoni Arka 

Iffirmat il-ftehim ma' Dar Nazareth
Iffirmat il-ftehim ma' Dar Nazareth

Il-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u Aġenzija Sapport, iffirma ftehim soċjali mal-Fondazzjoni Nazareth li jammonta għal aktar minn €2 miljun – preċiżament €2,034,428. Dan l-investiment, li huwa €624,428 aktar mill-ftehim inizzjali, se jkun qed ikopri 29 sodda għal persuni b’xi forma ta’ diżabilità. Is-servizz se jkun qed jingħata minn tlett idjar li għandha l-Fondazzjoni Nazareth fiż-Żejtun – Dar Nazareth, Dar l-Arċipriet Degabriele u Dar Madre Tereża.

Il-Fondazzjoni tippromwovi l-abilitajiet varji tar-residenti fid-djar tagħha billi ta’ kuljum tressaq lejn il-ħanut tax-xogħol tagħha residenti biex, fost affarijiet oħra, jitgħallmu jaħdmu xogħol tal-idejn, jaqraw u jiktbu.

F’Mejju u Ġunju li għaddew saru erba’ ftehimiet soċjali simili mal-Fondazzjoni Wens, mal-organizzazzjoni mhux governattiva Dar il-Kaptan, mal-Fondazzjoni ALS Malta – Dar Bjorn, u mal-Fondazzjoni Arka bil-valur komplessiv, inkluż dak mal-Fondazzjoni Nazareth huwa ta’ madwar €15-il miljun.

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli attendiet għall-iffirmar tal-ftehim u ddeskrivietu bħala “konferma tad-determinazzjoni u kemm il-gvern huwa kommess li jkompli jgħin u jassisti persuni b’diżabilità.:

Il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca esprimiet l-apprezzament tagħha għal dan l-investiment.

Bħalissa l-Fondazzjoni għandha tlett idjar li fihom 29 resident jgħixu f’ambjent ta’ familja estiża 24 siegħa kuljum u jkunu mħarsin minn carers 24 siegħa kuljum. Saħqet li permezz ta’ dan l-investiment il-Fondazzjoni tkun f’pożizzjoni li tkompli taghti kwalità ta’ ħajja aħjar lil dawn ir-residenti.

Il-Minstru Farrugia Portellu u ħdejha Dun Anġ Seychell
Il-Minstru Farrugia Portellu u ħdejha Dun Anġ Seychell

More in Politika