'Konferma li l-business as usual ta' Robert Abela mhix taħdem' - Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech jirreaġixxi għad-deċiżjoni tar-Renju Unit dwar Malta

Il-Kap tal-PN Bernard Grech
Il-Kap tal-PN Bernard Grech

Il-Kap tal-Opppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sostna illi d-deċiżjoni tar-Renju Unit li jitfa' lil Malta fuq il-Lista ta' "Riskju Għoli" għall-Ħasil ta' Flus hija, "konferma oħra li l-'business as usual' ta’ Robert Abela mhux jaħdem."

Grech saħansitra qal illi bħalissa hawn bosta kumpaniji li qed jikkunsidraw li jċaqilqu l-investiment minn Malta.  

"Ma rridx nara lil isem pajjiżi jibqa' mtappan b’dan kollu, għaliex aħna lkoll ħaqqna ħafna aħjar minn hekk. Il-poplu Malti ma jistax ikun il-vittma tal-arroganza u s-suppervja ta’ Prim Ministru li jrid jagħmel ta’ rasu biss. Min kisser ma jistax jirranġa u għalhekk nerġa' nwiegħed li gvern immexxi minni jerġa' jpoġġi lil Malta fuq il-Lista l-Bajda fi żmien tliet xhur," temm jgħid il-Kap tal-PN f'messaġġ li tella' fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook.  

 

More in Politika