172 każ ġdid ta' Covid-19 u jfiqu 65; 97 pazjent ripatrijati lejn pajjiżhom

L-għadd ta' każi fl-isptar jibqa' wieħed baxx hekk kif hemm rikoverati f'Mater Dei 19-il pazjent

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 172 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li kkonfermaw li fiequ 65 pazjent.

B'kollox ilbieraħ saru 3,640 test.

Intant l-għadd ta' każi fl-isptar jibqa' wieħed baxx hekk kif hemm rikoverati f'Mater Dei 19-il pazjent u wieħed minnhom biss jinsabu fl-ITU.

Intant il-każi attivi issa huma 2,497, hekk kif fl-aħħar sigħat, 97 student barrani li nstabu pożittivi fl-aħħar jiem, ġew ripatrijati lejn pajjiżhom.

It-tilqim kompla wkoll miexi hekk kif issa Malta amministrat 736,727 doża tal-vaċċin.

364,899 persuna huma mlaqqma kompletament filwaqt li 389,263 qed jistennew it-tieni doża.

More in Politika