Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li fl-isptarijiet ma hemm l-ebda pazjent bil-Covid-19 u dan hekk kif il-każi attivi komplew nieżla għal 33.
Fil-fatt, għat-tielet darba din il-ġimgħa, Malta ma rreġistrat l-ebda każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 11-il pazjent.
Minkejja dan, fl-aħħar 24 siegħa, Malta kellha vittma ieħor tal-Covid-19. Fearne spjega kif l-anzjan kellu 82 sena.
Huwa kellu l-Covid-19 numru ta' xhur ilu u kien fieq. Ftit tax-xhur ilu ħa wkoll il-vaċċin, iżda xorta waħda ħa l-virus mill-ġdid u miet.
Qal ukoll li 80% tal-popolazzjoni adulta f'Malta dalwaqt se tkun ħadet imqar doża waħda tal-vaċċin, filwaqt li 62% issa huma mlaqqma kompletament.